In-nannakoli jibdew jidħlu fid-djar għall-irdoss!

Il-kesħa li ħakmet lir-Renju Unit  f’daqqa wasslet biex fit-tfittxija tagħhom għas-sħana, in-nannakoli bdew jinvadu d-djar.
Anzjana qalet kif fid-dar tagħha bħalissa għandha madwar 110, u qed tittama li ma jidħlux iktar, għax ma fadlilhiex spazju għalihom.
Spjegat kif is-soltu kienu jidħlu madwar 30, imma din is-sena kellha nfluss.
Qalet li ħsara ma jagħmlux, iduru ftit, imbagħad jorqdu. Normalment jibqgħu għandha xitwa sħiħa, u sa Marzu jkunu telqu kollha.