In-nanna ta’ 93 sena tmur għall-missjoni fil-Kenja

Nanna Taljana ta’ 93 sena telqet pajjiżha għal xi żmien sabiex tmur tgħin fil-missjoni fil-Kenya, speċifikament f’orfanotrofju tat-tfal.
In-neputija tagħha spjegat kif minkejja li l-mara mhix ta’ eta zgħira, ma ħallietx din ir-raġuni twaqqafha milli tagħti l-għajnuna tagħha lil dawn it-tfal li tant għandhom bżonn.
In-nanna Irma, li tgħix f’Noventana Vincentina, ilha armla minn meta kellha 26 sena u rabbiet tlett itfal, minkejja li tilfet ukoll waħda mit-tfal tagħha.
Madanakollu, in-neputija tagħha saħqet li qatt ma ħalliet xejn iwaqqafha milli tħobb il-ħajja. Hi ddedikat ħajjitha għal familtha kif ukoll għal dawk kollha li kienu madwarha u għal xi raġuni jew oħra kellhom bżonn l-għajnuna.