In-Naan Bread

Ingredjenti

250g dqiq

2 kuċċarini zokkor

nofs kuċċarina melħ

nofs kuċċarina baking powder

120ml ħalib

2 mgħaref żejt

Metodu

Agħrbel id-dqiq u ħalltu maz-zokkor, il-melħ u l-baking powder.

F’bieqja oħra ħallat il-ħalib u ż-żejt.

Agħmel ħofra fit-taħlita tad-dqiq u ferragħ fiha t-taħlita tal-ħalib. Ifforma l-għaġina billi tagħġen tajjeb għal bejn 8-10 minuti. Jekk ikun hemm bżonn żid ftit dqiq jekk l-għaġina tibda twaħħal.

Poġġi l-għaġina f’bieqja midluka biż-żejt u għattiha b’biċċa niedja u ħalliha toqgħod f’post sħun għal 10-15-il minuta. Wara fforma f’5 blalen.

Saħħan il-grill u saħħan tray tal-forn fl-ixkaffa ta’ fuq tal-forn.

Poġġi l-blalen tal-għaġina fuq it-tray u agħfashom biex tiċċattjahom ftit. Roxx fuqhom ftit ġulġlien jew tewm imfarrak ħafna.

Iggrilja għal bejn 1-2 minuti sakemm jieħdu l-kulur. Ippinzellahom bil-butir u servi sħan.