“Imxejt fuq il-passi ta’ ommi u n-nannu” – Emma

Emma qalet li l-mużika hija parti mill-identità tagħha, speċjalment peress li ommha u nannuha jdoqqu l-pjanu.

Hi bdiet iddoqq il-pjanu ta’ 5 snin u rrekordjat l-ewwel kanzunetta tagħha ta’ 14-il sena.

F’intervista ma’ stazzjon televiżiv Taljan, Emma qasmet xi ħsibijiet u emozzjonijiet tagħha dwar il-mużika, l-imħabba u ħajjitha b’mod ġenerali.

Emma qalet li hi kuntenta immens mal-għarus tagħha, Biondo. Qalet li hu speċjali ħafna f’ħajjitha.

Dawn l-esperjenzi, flimkien mal-esperjenza tagħha fuq il-programm televiżiv Amici huma kollha mumenti speċjali f’ħajjet Emma, li ġabrithom fl-ewwel album tagħha bl-isem Moments.

“Ġbart l-emozzjonijiet kollha tiegħi f’dak l-album,” temmet tgħid iż-żagħżugħa.