Imwissija biex jaġġornaw il-minuti fuq is-siti elettroniċi

Il-Bord ta’ Gvernanza Lokali ddiskuta ksur ta’ provvedimenti tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali minn Kunsilli Lokali, Kumitati Reġjonali u Kumitati Amministrattivi dwar it-tqegħid tal-minuti tal-laqgħat fuq is-sit elettroniku.
Minn rapport ippreżentat fl-20 ta’ Frar li għadda, jirriżulta li  l-Kunsilli Lokali tal-Birgu, Ħad-Dingli, ix-Xewkija, iz-Żurrieq u l-Imtarfa kif ukoll il-Kumitat Regjonali Xlokk u l-Kumitati Amministrattivi ta’ Fleur-de-Lys, Santa Luċija f’Għawdex, Gwardamanġa, Paceville, il-Madliena u x-Xlendi ilhom minn Novembru ma jpoġġu l-minuti tagħhom fuq is-siti elettroniċi tagħhom. 
Il-Bord ta’ Gvernanza Lokali qed jagħti ċans ħamest ijiem biex is-Segretarji Eżekuttivi jaġġornaw il-minuti.
Qed jintalbu wkoll jagħtu r-raġunijiet għaliex il-minuti ma kienux qed jiġi aġġornati.
Is-Segretarji Eżekuttivi kienu avżati li jekk ma jimxux ma’ din id-direttiva se jkunu ordnati passi dixxiplinarji kontrihom mid-Direttur tal-Gvern Lokali.
Il-Bord kien ilu jsegwi l-ħidma tat-Taqsima tal-Monitoraġġ tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali sa minn Settembru li għadda