Imwissi ma jixhidx falz fil-każ tad-delitt tal-messaġġier tal-bank

Kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ James Vella magħruf bħala Il-Frejżer, u Chris Scerri magħruf bħala l-Buttuni jew Gazzetti, dwar il-qtil tal-messaġġier tal-bank Alphonse Ferriggi, erbatax-il sena ilu.
Fost l-oħrajn xehed raġel li qal li sema’ kriminal jiftaħar li kien parti minn serqa li fiha nqatel raġel. Ir-raġel ġie mwissi mill-Qorti talli xehed falz kontra ż-żewġt irġiel li qed iwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-Maġistrat wissiet lir-raġel dwar il-konsegwenzi li jista’ jaffaċċja, meta fil-Qorti qal li ma jiftakarx x’kien qal lill-pulizija 12-il sena ilu, waqt l-investigazzjonijiet dwar il-qtil.
Ferriggi kien inqatel b’tir f’rasu barra l-fergħa tal-Bank of Valletta f’San Ġwann fis-sena elfejn.
Dwar dan il-każ diġà kienu nstabu ħatja żewġ persuni oħra li qed jiskontaw sentenza priġunerija.
Il-kumpilazzjoni se tkompli fid-29 ta’ Lulju li ġej.