Crafts Village: Imwiegħed li x-xogħol jitlesta din is-sena

Il-proġett ta’ żvilupp tal-Crafts Village f’Ta’ Qali jinsab fil-fażi ta’ kostruzzjoni u mistenni jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena.
Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Huwa spjega li x-xogħlijiet infrastrutturali relatati ma’ dan il-proġett bdew fil-bidu ta’ din is-sena.
Fost dawn ix-xogħlijiet hemm it-tibdil ta’ sistemi tal-ilma u drenaġġ u bini ta’ sistema ġdida għall-immaniġġjar tal-ilma tax-xita.
Il-provvista tal-elettriku qed tiġi msaħħa bit-tibdil tal-cables ‘high tension’ u s-sistemi ta’ provvista tad-dawl u telekomunikazzjoni għal kull unit u d-dawl tat-toroq se jiġu mgħoddija minn culverts taħt l-art.
Barra minn hekk, jerġgħu jinbnew it-toroq tal-villaġġ u jsir pavimentar ġdid tal-bankini kif ukoll tat-toroq.