Aġġornata bil-filmat: Imwaqqfa żewġ dgħajjes Taljani li kienu qed jistadu bla permess

Kmieni dalgħodu, il-Forzi Armati ta’ Malta interċettaw żewġ dgħajjes tas-sajd Taljani.

Dawn id-dgħajjes kienu involuti f’attivitajiet tas-sajd fiż-Żona ta’ Konservazzjoni mingħajr ma kellhom il-permessi meħtieġa.

Membri tal-AFM telgħu fuq dawn id-dgħajjes biex jinvestigaw, dan fid-dawl ta’ evidenza li kellha l-armata minn qabel.

Iż-żewġ dgħajjes inġiebu lura Malta għal aktar investigazzjoni bl-assistenza tal-Fisheries Control Division.