Imwaqqfa l-proċeduri kontra Malta dwar it-tariffi tat-trasport pubbliku

Il-Kummissjoni Ewropea għalqet il-proċeduri kontra Malta dwar tariffi differenti bejn il-Maltin u t-turisti għat-trasport pubbliku.
Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qal li l-Kummissjoni waqfet il-proċeduri wara d-deċiżjoni tal-Gvern biex minn Jannar li għadda jkun hemm rati l-istess għat-turisti u l-Maltin.
L-istqarrija tgħid li din id-deċiżjoni neħħiet “l-istruttura diskriminatorja bbażata fuq ir-residenza ntrodotta mill-amministrazzjoni preċedenti.”
Il-Ministeru qal li minn meta tneħħiet din is-sistema kien hemm żieda fil-persuni li jużaw it-trasport pubbliku.