Filmat: Imwaqqfa l-logħba bejn is-Serbja u l-Albanija

Ilbieraħ minn kien fl-Istejdjum Nazzjonali f’Ta’ Qali seta’ jinnota drone għaddej jittajjar.
Dan ma kien xejn għajr helikopter b’kamera apposta biex jieħu ġmiel ta’ ritratti mill-għoli.
Illum deher drone ieħor waqt il-logħba bejn is-Serbja u l-Albanija, iżda bi skopijiet ulterjuri.
Dan id-drone kellu mqabbad miegħu banner provokattiv bil-bandiera Albaniża, fejn ħoloq nervożiżmu bejn il-plejers ġirien u avversarji, meta l-plejer Serb Stefan Mitrović ħataf dan l-istess banner.
Ta’ min jgħid li l-logħba li kienet waslet fl-44 minuta kienet diġa’ twaqqfet minħabba tfigħ ta’ flares fil-grawnd.
Ir-referì Ingliż Martin Atkinson ma kellux għażla oħra għajr li jabbanduna l-logħba.