Imwaqqaf Kumitat Xjentifiku biex jidentifika ħiliet tal-ħaddiema fit-turiżmu

Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit-Lewis, waqqaf Kumitat Xjentifiku li xogħlu se jkun li jistudja liema huma dawk il-ħiliet li huma neqsin fl-industrija tat-turiżmu u jissuġġerixxi lill-Istitut għall-Istudji Turistiċi modi kif dan in-nuqqas jiġi indirizzat.
Edward Zammit-Lewis ħabbar dan waqt żjara fiċ-ċentru tal-istess ITS.
Il-Kumitat jinkludi rappreżentanti tal-ITS u tal-entitajiet prinċipali tat-turiżmu f’Malta.
Edward Zammit-Lewis li din l-inizjattiva se tibni fuq it-titjib li sar dan l-aħħar fuq il-kurrikulu tal-ITS.
Spjega li l-Kumitat se jressaq l-istitut u l-industrija eqreb ta’ xulxin waqt li tenna l-viżjoni tal-Gvern, li l-ITS ikun ċentru ta’ eċċellenza għar-reġjun tal-Mediterran.
Ħabbar ukoll li l-ITS se jiftaħ kors ġdid għall-ħaddiema li diġà jaħdmu fl-industrija, li se jħarriġhom b’mod professjonali f’ħiliet bażiċi fosthom dwar l-ikel u s-servizz. 
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo