Imutu żewġ persuni oħra bil-Covid-19

Photo of old woman's hands image in Beauty and Fashion category at pixy.org

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li mietu żewġ anzjani oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 98 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 67 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, għadda l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni; il-ħasil tal-idejn b’mod frekwenti, distanza soċjali u l-użu tal-maskri.