Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci ħabbret erba’ mwiet oħra bil-Covid-19. Dan ifisser li mill-bidu tal-pandemija f’Malta f’Marzu li għadda mietu 132 persuna.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, Prof. Gauci tat id-dettalji tal-anzjani li mietu fl-aħħar 24 siegħa. Dawn huma:
- Anzjana ta’ 85 sena. Ikkonfermata pożittiva fit-13 ta’ Novembru. Mietet ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
- Anzjan ta’ 73 sena. Ikkonfermat pożittiv fl-20 ta’ Novembru. Miet illum fl-Isptar Mater Dei.
- Anzjan ta’ 72 sena. Ikkonfermat pożittiv fit-22 ta’ Novembru. Miet illum fl-Isptar Mater Dei.
- Anzjan ta’ 81 sena. Ikkonfermat pożittiv fis-26 ta’ Novembru (ilbieraħ). Miet iktar kmieni llum.
Prof. Gauci semmiet kif fl-aħħar ġimgħa ġiet irreġistrata 24 mewt li kienu mqassmin hekk:
- 2 kellhom bejn 60 u 69 sena
- 10 kellhom bejn 70 u 79 sena
- 10 kellhom bejn 80 u 89 sena
- 2 kellhom minn 90 sena ‘l fuq
Iċ-ċifri tal-lum:
LIVE: 96 każ ġdid tal-Covid-19; ifiqu 132
Xi spikka aktar mill-konferenza ta’ Prof. Gauci?
- Li taħslu idejkom bl-ilma u s-sapun aħjar mis-sanitiser
- Jekk inżajt il-maskra, aħsel idejk jew uża s-sanitiser qabel terġa’ tilbisha
- Ħassru l-ikliet tal-Milied. Jien se nqatta’ l-Milied ma’ żewġi u ibni, għax ngħixu f’dar waħda
- Il-bars u l-każini se jibqgħu magħluqa matul Diċembru
- Rapid testing issa disponibbli wkoll f’Għawdex
- L-età medja ta’ każi pożittivi hija ta’ 44. L-akbar grupp hu dak ta’ bejn il-25 u l-44 sena.
- F’Għawdex hemm 75 każ attiv ta’ coronavirus.
- Malta bi strateġija preparata għall-vaċċin tal-Covid-19: fejn se jinżammu, database għal dawk li jeħduha, prijorità min jeħodha l-ewwel