Read in English.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ anzjan ta’ 76 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Ottubru, miet fl-4 ta’ Diċembru fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 83 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-19 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ anzjan ta’ 76 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Novembru, miet dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta’ Novembru, miet dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.
Dan ifisser li b’kollox mietu 155 persuna bil-Covid-19 f’Malta.
Każi ġodda llum:
139 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 101 persuna