Imutu ħames persuni wara li ġġarraf bini fl-Indja

Ħames persuni mietu wara li ġġarraf bini fil-belt ta’ Vadadora, fir-reġjun ta’ Gujarat fl-India.

Hu mifhum li taħt it-tifrik ta’ dan il-bini residenzjali hemm mal-20 persuna oħra maqbuda. S’issa, tmien persuni pew salvati minn qalb it-tifrik filwaqt li għadu mhux magħruf x’wassal biex iġġarraf dan il-bini.