Imutu għexieren ta’ koalas

Għexieren ta’ koalas instabu mejtin jew imweġġgħin f’masġar tal-injam f’Victoria fl-Awstralja.

Ħafna mis-siġar imsejħin ‘blue gum’ li joqogħdu fihom il-koalas tneħħew mill-masġar f’Diċembru, u issa fadal biss ftit. Xi koalas mietu bil-ġuħ fil-bqija tas-siġar. Oħrajn inqatlu minn inġenji kbar.

Madwar 80 koala salva, u dawn qegħdin jieħdu ħsiebhom l-awtoritajiet.

Dan wara li diġà kienu nqatlu eluf ta’ koalas fin-nirien li ħakmu l-Awstralja.