Imutu f’temp ta’ siegħa; wara 62 sena miżżewġin

Ritratt: facebook/srutkowske

Storja ta’ qsim il-qalb li qed iddur il-midja soċjali hija dik dwar koppja anzjana minn Texas, fl-Istati Uniti, Tom u Delma Ledbetter.

Ir-ritratt li jurihom iżommu id f’id ittieħed minn Stephanie Rutkowske, in-neputija tal-koppja, ftit sigħat biss qabel ma ħallew din id-dinja.

Il-koppja kienu ltaqgħu grazzi għal ħabib komuni tagħhom u żżewġu tliet ġimgħat wara.

Wara 62 sena l-koppja kienet għadha inseparabbli.

Ritratt: Dignity Memorial/Ledbetter Family

Iżda meta saħħet il-mara bdiet tmur lura, din kellha tiddaħħal f’dar apposta għall-kura u ftit żmien wara l-istess ġralu r-raġel tagħha.

Kien minħabba f’hekk li r-raġel ukoll iddaħħal fl-istess post biex jinżamm taħt ħarsien u jingħata l-kura li kellu bżonn.

Is-sodda tiegħu kienet maġenb dik tal-mara li magħha qasam ħafna snin minn ħajtu.

Il-koppja kienu id f’id meta l-mara ħadet l-aħħar nifs ta’ ħajjitha, u sa siegħa wara, anki r-raġel tagħha ħa l-aħħar nifs tiegħu.

Ritratt: Dignity Memorial/Ledbetter Family

“Dan huwa l-mod kif riedu jitilqu minn din id-dinja,” ikkummenta wieħed mill-qraba tal-koppja.

Tom u Delma għexu ħajjithom flimkien u llum jinsabu midfuna fir-Restwood Memorial Park fi Clute, Texas, fl-Istati Uniti.