Imutu aktar anzjani bil-Covid-19

Ritratt: Pixabay

Mietu żewġ anzjani oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Dan tħabbar mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li tindirizza kull nhar ta’ Ġimgħa.

Id-dettalji tal-vittmi tal-coronavirus huma dawn:

  • Anzjan ta’ 75 sena li ġie kkonfermat pożittiv fis-27 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fir-residenza San Vinċenz de Paul
  • Anzjan ieħor ta’ 96 sena rriżulta pożittiv fit-28 ta’ Novembru u miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei

96 persuna oħra pożittivi għall-Covid-19

Intant fl-aħħar 24 siegħa, ġew irreġistrati 96 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 87 persuna. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw minn 2,840 swab tests.

L-imwiet issa telgħu għal 166.

Il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2020:
LIVE: 96 każ ġdid, ifiqu 87