Read in English.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar erba’ mwiet oħra bil-Covid-19, biex issa t-total ta’ vittmi f’Malta hu ta’ 117-il persuna.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-19 ta’ Novembru, miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjan ta’ 71 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 94 sena, li kien ikkonfermat pożittiv fis-16 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.
L-aħħar każijiet
80 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 177 persuna