Imutu 4 anzjani bil-Covid-19

anzjani
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li mietu erba’ anzjani oħra bil-coronavirus, biex issa t-total ta’ vittmi f’Malta tela’ għal 141.

Tlieta minn dawn il-vittmi mietu fl-Isptar Mater Dei: żewġ nisa u raġel. Il-vittma l-ieħor miet fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

In-nisa kellhom 79 sena u 80 sena. Il-mara ta’ 79 sena rriżultat pożittiva għall-virus fil-21 ta’ Novembru u mietet fid-29 ta’ Novembru. Dik ta’ 80 sena irriżultat pożittiva għall-virus fil-25 ta’ Novembru u mietet ilbieraħ.

Ir-raġel li miet Mater Dei kellu 67 sena. Hu kien ilu jaf li għandu l-virus mill-15 ta’ Novembru u miet ilbieraħ.

Fil-każ tal-anzjan li miet f’San Vinċenz de Paule, dan kellu 73 sena. Irriżulta pożittiv fis-16 ta’ Novembru u miet ilbieraħ.