Read in English.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li erba’ anzjani mietu meta kellhom il-coronavirus.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 72 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-8 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.
Fit-tieni każ, anzjan ta’ 78 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Diċembru, miet lbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjana ta’ 72 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19, fl-14 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Dan ifisser li Malta kellha 194 vittma tal-coronavirus.
L-imwiet tal-bieraħ
Imutu 3 anzjani bil-Covid-19
Il-każijiet tal-lum
88 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 137 persuna