Imutu 3 persuni wara li ntlaqtu minn ferrovija f’Londra

London railway

Read in English.

Tliet persuni tilfu ħajjithom wara li ntlaqtu minn ferrovija fin-Nofsinhar ta’ Londra.

Skont Reuters, l-inċident seħħ fis-6.30 ta’  dalgħodu fil-Loughborough Junction, stazzjon tal-ferrovija qrib Brixton.

Il-Pulizija Ingliża qed tinvestiga biex jiġi stabbilit kif dawn it-tliet persuni spiċċaw bla ħajja.

Din l-istorja qed tiġi aġġornata.