Imutu 3 persuni qrib tagħha fl-istess jum

Madonna, li għal dawn l-aħħar jiem kienet qed turi vidjows strambi dwarha fil-kwarantina, qalet li l-ġimgħa l-oħra kienu mitulha tlett iħbieb f’jum wieħed.

Fl-aħħar filmat tagħha, li juriha bilqiegħda f’kamra mudlama fuq typewriter  b’mużika jazz kitarra fl-isfond, il-kantanta ta’ 61 sena qalet,

“Aħna mhux dejjem jista’ jkollna ġurnata tajba … ma rqadt xejn il-lejl  li għadda, lanqas minuta u llum inħossni ma nista’ nagħmel xejn.” Kompliet tgħid li kellha wġigħ kbir, l-aktar psikoloġikament.

Wara li fuq il-vidjow wriet close-ups ta’ fjuri mbagħad ħabbret li tilfet tliet persuni: kuġin tagħha, ħu l-gwardjan tas-sigurtà li kellha  u Orlando Puerta, li  għamel ħafna xogħol fuq il-kanzunetti tagħha.

“Illum ma kinitx ġurnata tajba,” qalet. “Imma issa għaddieli.”

Fl-istess filmat, Madonna, li hu rappurtat li hija kwarantina f’Londra, dehret  ukoll tagħmel tentattiv biex toħloq xi poeżija, kif ukoll titkellem dwar binha, għalkemm mhuwiex ċar dwar liema persuna kienet qed titkellem.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn