Imutu 3 persuni oħra fl-Italja bil-coronavirus

Linkiesta

Tliet persuni oħra tilfu ħajjithom fl-Italja bil-coronavirus, b’hekk it-total tela’ għal 10.

Il-Kap tal-Aġenzija tal-Protezzjoni Ċivili, Angelo Borrelli, qal li t-total ta’ persuni infettati bil-COVID-19 huwa ta’ 322.

It-tliet vittmi li tħabbru llum kollha kellhom fuq it-80 sena u kienu mir-reġjun ta’ Lombardija, l-iżjed reġjun affettwat mill-virus fl-Italja.

L-Italja huwa l-pajjiż li ntlaqat l-agħar mill-virus s’issa.

Il-Kroazja, l-Iżvizzera u Spanja ħabbru l-ewwel każijiet tagħhom illum, kif ukoll Sqallija, skont il-BBC.