Imutu 3 anzjani bil-Covid-19

Mater-Dei-Hospital
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li mietu tliet anzjani oħra bil-Covid-19, biex issa t-total ta’ vittmi tal-virus f’Malta tela’ għal 81.

Dawn il-persuni kellhom 75, 79 u 87 sena. Huma kollha mietu fl-Isptar Mater Dei.

Dak ta’ 79 sena rriżulta pożittiv għall-virus fl-1 ta’ Novembru u miet ilbieraħ. It-tnejn l-oħra mietu llum. Dak ta’ 87 sena kien ilu sitt ijiem jikkumbatti l-virus, filwaqt li dak ta’ 75 sena kien ilu biss tlett ijiem li sar jaf li għandu l-Covid-19.

It-tliet vittmi mħabbrin ilbieraħ
Tliet anzjani jmutu bil-Covid-19 il-Ħadd