Imutu 3 anzjani bil-Covid-19

anzjani
Ritratt: Miguela Xuereb

Read in English.

Mietu tliet anzjani oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

L-ewwel każ kien ta’ anzjana ta’ 86 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-8 ta’ Diċembru. Hi mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

It-tieni każ kien ta’ anzjan ta’ 69 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Diċembru. Hu miet lbieraħ fil-Good Samaritan Long-Term Care Facility.

It-tielet każ kien ta’ anzjana ta’ 87 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Dicembru. Hi mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari, u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri tas-saħħa.