Imutu 3 anzjani bil-Covid-19

anzjan

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li tliet anzjani mietu waqt li kellhom il-Covid-19, b’hekk issa b’kollox kien hawn 177 vittma tal-Covid-19 f’Malta.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 99 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-8 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 94 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-9 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 86 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

L-imwiet tal-bieraħ
5 persuni jmutu bil-Covid-19