Imutu 3 anzjani bil-coronavirus

anzjan
Miguela Xuereb

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar il-mewt ta’ tliet anzjani bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 67 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjana ta’ 87 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Dan ifisser li Malta fl-2020 kellha 219-il vittma tal-coronavirus.