Imutu 26 resident f’dar tal-anzjani fil-Belġju wara li żarhom Santa Klaws

Read in English.

Tal-anqas 26 resident f’dar tal-anzjani fil-Belġju mietu wara li kellhom żjara minn voluntier liebes ta’ Santa Klaws. Il-voluntier irriżulta li għandu l-coronavirus.

Dan ġie rrappurtat mill-midja Belġjana, li kkjarifikat li mhuwiex żgur jekk kienx dan il-voluntier li ħa l-virus ġo din id-dar tal-anzjani f’Hemelrijck fil-5 ta’ Diċembru. Madankollu, wara ż-żjara tiegħu, mietu 26 persuna, u 85 resident u 40 membru tal-istaff irriżulta li għandhom il-coronavirus.

Il-każijiet instabu ftit jiem wara din iż-żjara, u l-virologi qalu li dawk li ġew infettati, ġew infettati mill-istess sors.

Fil-Belġju, Santa Klaws tradizzjonalment jieħu r-rigali lin-nies fis-6 ta’ Diċembru.