Imutu 20 fil-Kenja; jinfaqa’ lqugħ tal-ilma

20 persuni mietu fil-Kenja meta nfaqa' ħajt tal-ilqugħ tal-ilma (diga) minħabba x-xita qawwija li għamlet.
Skont il-BBC, l-inċident seħħ f’Solai, belt li hija 190km ‘il bogħod mill-Kapitali Nairobi.
Aktar minn 2,000 persuna spiċċaw mingħajr dar. Ir-residenti qed jgħidu li hemm numru kbir ta’nies li għadhom mitlufin.
L-għaqda tas-Salib l-Aħmar tal-Kenja salvat madwar 40 ruħ s’issa.