Read in English.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani mietu waqt li kellhom il-Covid-19.
Fl-ewwel każ, il-vittma kien anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, u miet ilbieraħ tard filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, il-vittma kienet anzjana ta’ 70 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-20 ta’ Ottubru, u mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Dan ifisser li f’Malta mietu 103 persuni bil-virus.
Jitfakkru l-vittmi
Filmat: Repubblika tfakkar il-101 vittma tal-Covid-19 f’Malta