Imutu 2 anzjani bil-Covid-19

Mater-Dei-Hospital
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li mietu żewġ anzjani bil-Covid-19, u issa l-għadd ta’ vittmi tela’ għal 222.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 73 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-25 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 81 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Jannar, mietet dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.