Imutu 2 anzjani bil-coronavirus

Medical staff wearing protective masks, glasses and suits treat patients suffering from coronavirus disease (COVID-19) in an intensive care unit at the Oglio Po hospital in Cremona, Italy March 19, 2020. REUTERS/Flavio Lo Scalzo

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani, li kienu residenti f’żewġ djar tal-anzjani separati, mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

L-ewwel każ kien anzjan ta’ 91 sena. L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata l-kura sakemm miet ilbieraħ tard billejl.

It-tieni każ huwa ta’ anzjana ta’ 73 sena. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Settembru. Hija baqgħet tingħata l-kura sakemm mietet matul il-lejl.

Il-Ministeru qal li ż-żewġ anzjani kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Dawn kienu s-26 u s-27 vittma tal-coronavirus f’Malta, wara li lbieraħ tħabbret il-mewt ta’ anzjan ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Għadd allarmanti ta’ anzjani jinsabu morda bil-coronavirus bħalissa. F’Dar San Ġużepp fil-Fgura 113-il resident minn 278 għandhom il-virus. Id-Dar ħabbret ilbieraħ filgħaxija li lbieraħ fiequ l-ewwel seba’ persuni.