Imutu 2 anzjani bil-coronavirus

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 75 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Ottubru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-15 ta’ Ottubru. Hu miet ilbieraħ fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 90 sena li ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fil-31 ta’ Ottubru u ttestjat pożittiva dakinhar stess. Hija wkoll mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Dawn kienu t-72 u t-73 vittmi tal-coronavirus f’Malta, wara li lbieraħ tħabbru żewġ imwiet oħra, waħda minnhom ta’ raġel ta’ 54 sena.

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u mill-ġdid appella biex il-miżuri ta’ prevenzjoni jkunu osservati.