Imutu 176 persuna abbord l-ajruplan Ukren; Franza se tgħin fl-investigazzjoni

FILE PHOTO: Nazanin Tabatabaee/WANA (West Asia News Agency) via REUTERS

Franza qalet li se tgħin fl-investigazzjonijiet tal-ajruplan Ukren li ġġarraf fl-Iran. Mietu il-176 persuna abbord. Skont il-Kanada u pajjiżi oħra, l-ajruplan ġie milqut minn missila Iranjana, x’aktarx bi żball.

L-Ukrajna qalet li ma tistgħax tgħid li ma kenitx missila, imma li għadha ma ġietx ikkonfermata. L-Iran ċaħdet li missila waqqgħet l-ajruplan. L-aġenzija Franċiża BEA kienet għenet tanalizza l-informazzjoni tal-flight recorder fl-ajruplan li ġġarraf fl-Etjopja s-sena l-oħra.

L-ajruplan li kien sejjer Kiev minn Tehran ġġarraf nhar l-Erbgħa. Fl-isfond tal-istat politiku bejn l-Iran u l-Istati Uniti, dan l-inċident qajjem ċertu paniku. L-ajruplan iġġarraf sigħat wara li l-Iran wettaq attakk missilistiku fuq bażijiet Amerikani fl-Iraq.