Imutu 17-il refuġjat fit-Turkija wara attentat ta’ traffikar

17-il persuna mietu wara li minibus mimlija refuġjati mill-Afghanistan, mill-Pakistan u mill-Iran ħabtet u ħadet in-nar fit-Turkija f’attenta ta’ traffikar tar-refuġjati.
Il-vann li jesa’ 14-il persuna, kien qed iġorr fih aktar minn 50 persuna barranija, meta ħabat ma’ arblu u ħa n-nar wara li x-xufier tilef il-kontroll tal-vettura.
B’konsegwenza ta’ dan, vann ieħor li kien ukoll qed iġorr fih numru ta’ refuġjati, u li kien qed isuq viċin, laqat xi wħud li waqgħu mill-ewwel vann.
L-awtoritajiet bħalissa qed iżommu lit-13-il persuna li kien hemm fit-tieni vann flimkien max-xufier tiegħu.
Fl-aħħar snin, eluf ta’ refuġjati mis-Sirja u pajjiżi oħra qasmu għal Greċja u pajjiżi oħra fl-Ewropa mit-Turkija, filwaqt li mijiet mietu jippruvaw jagħmlu dan.
Ritratt: RTE