Imutu 1,000 persuna fil-baħar Mediterran għas-sitt sena konsekuttiva

L-UNHCR qed tgħid li għas-sitt sena konsekuttiva, diġà mietu 1,000 persuna li pruvaw jaqsmu il-baħar Mediterran għal ħajja aħjar.

Fi tweet, il-kelliem għall-UNHCR Charlie Yaxley qal li din il-“kisba ta’ din l-istatistika mwiegħra’ din is-sena intlaħqet tliet xhur qabel tmiem is-sena. Hu appella urġentement biex jiżdiedu l-isforzi tat-tfittix u salvataġġ.