Imutu 10 Maltin fuq ix-xogħol fl-aħħar 4 snin – NSO

CMRU

Read in English.

Daqs nofs in-nies li mietu fuq ix-xogħol bejn l-2014 u l-2018 kienu Maltin, hekk kif mietu 10 Maltin minn 21 persuna. Fl-2015 biss, mietu 5 Maltin fuq ix-xogħol.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika, inċidenti fatali fuq ix-xogħol bejn l-2014 u l-2018 involvew irġiel biss, b’ħafna minnhom bejn l-età ta’ 25 u 34 sena. Barra minn hekk, iżjed minn nofs l-inċidenti fatali seħħew f’sit tal-kostruzzjoni. L-ikbar kawża ta’ fatalità kienu ġrieħi fir-ras.

Il-maġġoranza ta’ inċidenti fatali kienu f’kumpaniji żgħar sa 9 impjegati, jew f’dawk li jaħdmu waħedhom mingħajr impjegati. Inċidenti fatali f’kumpaniji kbar ta’ 250 persuna u iżjed kien hemm biss wieħed f’4 snin.

Aqra wkoll: 

1,600 jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol; 3 imutu

L-inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol jonqsu b’100 – NSO

Aġġornata: Imut ir-raġel li waqa’ f’sit tal-kostruzzjoni f’Tas-Sliema

Raġel imut wara li waqa’ tliet sulari