Imut żiemel fil-Korsa tal-Marsa; raġel gravi

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq żiemel fil-Korsa tal-Marsa. Iż-żiemel miet fuq il-post tal-inċident.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ dalgħodu fid-9am. Raġel ta’ 59 sena, residenti Ħal Luqa, sofra xi ġrieħi wara li għal xi raġuni ż-żiemel li kien fuqu waqa’ mal-art. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.