Aġġornata: Imut xufier fil-ħabta ta’ San Pawl il-Baħar; ieħor fil-periklu tal-mewt

CMRU

Read in English.

Raġel ta’ 31 sena minn Ħal Safi miet hekk kif aktar kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku. Dan kien ikkonfermat minn kelliem għall-Pulizija li Newsbook.com.mt tkellem miegħu. Ir-raġel li kien qed isuq karozza tat-taxi ħabat ma’ vettura oħra li inċidentalment kienet taxi misjuqa minn raġel ta’ 59 sena miż-Żejtun. Dan jinsab fil-periklu tal-mewt.

Passiġġiera maż-Żejtuni kien hemm erba’ persuni, 3 tfajliet u ġuvni, kollha mill-Iskozja. L-età ta’ dawn tvarja bejn 18 u 24 sena, u kollha sofrew minn ġrieħi ħfief. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-00:15 fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija kkonfermat li fuq il-post marru diversi ambulanzi biex jagħtu l-ewwel għajnuna.

Il-Maġistrat Charmaine Galea qed tmexxi inkjesta dwar il-każ.