“Ħallejtna bla kliem”; Imut vittma tal-kamra tan-nar ta’ Ħaż-Żebbuġ

Joe Attard, wieħed miż-żewġ vittmi ta’ nirien fil-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp f’Ħaż-Żebbuġ ftit tal-ġimgħat ilu, tilef ħajtu.

L-inċident ġara fis-26 ta’ Jannar, meta Joe, magħruf bħala l-Ġermaniż, u Matthew Borg, kienu qegħdin jaħarqu skart pirotekniku mis-snin ta’ qabel barra l-kamra tan-nar.

Filmat: Tnejn fil-periklu tal-mewt f’inċident f’kamra tan-nar f’Ħaż-Żebbuġ

Il-vittma, li huwa mastrudaxxa u għandu 58 sena, miet tul il-lejl li għadda minħabba ġrieħi li kellu bil-ħruq estensiv li sofra. Matthew Borg għadu qed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.

In-neputi ta’ Joe Attard kiteb fuq Facebook kif din l-aħbar ħalliethom bla kliem.

Ħallejtna llkol bla kliem dalgħodu Ziju Joe. Żomm idejk fuqna u fuq martek Vicky Ingħaqad mal-qaddis u Missier Putattiv…

Posted by Catriel Farrugia Sghendo on Tuesday, February 5, 2019

Iż-Żebbuġin u l-każin tal-banda ta’ San Ġużepp urew is-sogħba tagħhom bil-mewt ta’ Joe Attard.

Ahbar kerha dalghodu tidwi ma Haz-Zebbug. Is-Sindku, il-Kunsilliera u l-istaff kollu tal-Kunsill Lokali jibghat…

Posted by Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ on Wednesday, February 6, 2019

B'dispjacir kbir, is-Socjeta Kazin San Guzepp u Banda De Rohan, tibki t-telfa ta' Joe Attard il-Germaniz. Joe Attard…

Posted by Każin San Ġużepp u Banda De Rohan #Omm il-Baned Maltin on Wednesday, February 6, 2019