Imut wieħed mill-‘Inglorious Bastards’

Frederick Mayer, Lhudi Ġermaniż li fl-1938 ħarab mill-Istati Uniti biex matul il-gwerra kien fil-kmand tal-Operazzjoni GREENUP, miet fl-Istati Uniti fl-età ta’ 94 sena. 
Flimkien ma’ Lhud oħra, Mayer kien intefa’ bil-paraxut fl-Awstrija, li dak iż-żmien kienet immexxija min-Nazzisti, u rnexxielu jidħol fl-armata Ġermaniża biex jgħaddi informazzjoni importanti lill-Amerikani. 
L-Operazzjoni GREENUP, hi meqjusa bħala waħda mill-aktar operazzjoni ta’ spjunaġġ Amerikana  li rnexxiet. 
Fl-2012 l-istejjer tal-ispjuni tal-GREENUP ġew irrakkontati f’dokumentarju storiku bl-isem ta’ The Real Inglorious Bastards, li jsegwi wkoll il-film ta’ Quentin Tarantino li ħareġ fl-2009.  Il-film tad-direttur Amerikan iffoka fuq l-avventuri ta’ grupp ta’ Lhud-Ġermaniżi li ntbagħtu mill-Amerikani biex joqtlu kemm jistgħu Nazzisti fil-Ġermanja.