Imut wieħed mill-atturi ta’ Harry Potter

Miet l-attur Robert Hardy fl-età ta' 91 sena.
Hu kien magħruf l-aktar għall-parti ta' Cornelius Fudge fil-films ta' Harry Potter.
Fi stqarrija l-familja tiegħu qalet li se jibqa' mfakkar għall-karriera vasta li kellu fid-dinja tat-teatru, televiżjoni u films li b'kollox irrexta għal aktar minn 70 sena.
Huwa kien magħruf ukoll għal diversi interpretazzjonijiet ta' Winston Churchill li għamel tul is-snin.