Imut wara li waqa’ minn sit ta’ kostruzzjoni fl-Imġarr

CMRU

Read in English.

Raġel tilef ħajtu wara li waqa’ minn sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ fit-2.45pm fi Triq San Pietru fl-Imġarr.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li r-raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, waqa’ madwar żewġ sulari minn sit ta’ kostruzzjoni waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u wkoll tim mediku li ċċertifika lir-raġel mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.