Imut wara li waqa’ fid-Dwejra

Turist Pollakk ta’ 30 sena miet wara li waqa’ fil-baħar tad-Dwejra meta kien qed jieħu ritratti tal-post.

It-turist waqa' għal ħabta tat-tlieta u nofs ta' wara nofsinhar u ttella’ b’ħelikopter tal-Forzi Armati minn ħdejn il-blata magħrufa bħala “Tal-Kukkudrill”.

Ittieħed l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għall-kura u ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara li wasal l-isptar.