Imut wara li ttajjar ma’ 7 oħra f’San Ġiljan

Margaret Buhagiar

Tilef ħajtu l-Olandiż ta’ 25 sena li kien fost it-tmien persuni li ttajru minn karozza f’San Ġiljan nhar il-Ġimgħa li għadda. 

L-inċident seħħ ftit qabel il-5am fi Triq Ġorġ Borg Olivier, meta żagħżugħ ta’ 20 sena residenti Birkirkara, allegatament tilef il-kontroll tal-karozza u tela’ fuq bankina.

Fuq il-post issejħu numru ta’ ambulanzi biex ħadu l-isptar lil erba’ Olandiżi, żewġ Kroati u żewġ Ingliżi ta’ 25 sena.

Wieħed mill-Ingliżi weġġa’ gravi u l-ieħor ġrieħi ħfief. Tliet Olandiżi, li għandhom bejn 19 u 25 sena weġġgħu ħafif, filwaqt li ż-żewġ nisa Kroati ma sofrew l-ebda ġrieħi.