Imut wara li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar

Raġel li kien qed jgħum f’Tas-Sliema, illum waranofsinhar, tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà.
Ir-raġel, li huwa ta' nazzjonalità barranija, kien qed jgħum fl-inħawi ta’ Qui-Si-Sana.
Kuntistabbli tal-Pulizija u persuna oħra li kienet għaddejja dak il-ħin ippruvaw isalvawh imma ma rnexxilhomx.
Iktar tard, ir-raġel ittella’ mill-baħar mill-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta u ttieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat mejjet.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ li dwaru nfetħet inkjesta Maġisterjali.