Imut wara li waqa’ minn gallarija fin-Naxxar

Stock Image

Raġel miet wara li waqa’ mill-gallarija tar-residenza tiegħu fin-Naxxar.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegaw li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am fi Triq is-Sikka. Il-Pulizija marru fuq il-post fejn sabu li r-raġel ta’ 64 sena residenti n-Naxxar għal xi raġuni żelaq waqt li kien qiegħed fil-gallarija tar-residenza tiegħu u waqa’ madwar żewġ sulari għoli.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard miet. Dwar il-każ infetħet inkjesta.