​Imut wara li kiel fish fingers mill-iskola

Fil-Qorti qed jinstema’ l-każ ta’ tifel ta’ disa’ snin li miet wara li kiel fish fingers bil-patata moqlija minn canteen ta’ skola f’Birmingham fir-Renju Unit.
Intqal li f’Marzu li għadda, l-impjegati tal-canteen tal-iskola Al-Hijrah, ma tawx kas l-istruzzjonijiet li t-tifel ma jistax jiekol ħut.
Siegħa wara, Ishmaeel Ashraf qal lill-għalliema, li kien qed juġgħu l-istonku u ssejħet ambulanza, iżda miet ftit wara fl-isptar. Irriżulta li l-impjegati tal-iskola ma tawhx il-mediċina f’każ ta’ reazzjoni għall-allerġija.
Ishmaeel kien allerġiku mill-kiwi, prodotti magħmula mill-ħalib, lewż u tonn. Fil-ktieb li żżomm l-iskola, il-ħut imniżżel fil-lista li kellu allerġija għalihom.
Fil-Qorti nstema’ wkoll kif it-tifel kien jieħu fish and chips kull ġimgħa fl-iskola, imma qatt ma kellu din ir-reazzjoni.