Imut wara li jinġabar minn trakk tal-iskart

Raġel pollakk li għamel żmien twil jgħix ġo kontenitur tal-iskart miet wara li ħaddiema li jiġbru l-iskart, ġabbru l-kontenitur biħ b’kollox.

Dan il-każ ġara fil-kapitali Irlandiża, Dublin. Il-pulizija Irlandiża qed tipprova ssib xi familjari tal-vittma, Henryk Piotrowski, ta’ 43 sena. Kull ma’ hu magħruf hu li r-raġel kien jgħix barra fit-toroq fiċ-ċentru ta’ Dublin.

It-trakk li jiġbor il-kontenituri ta-iskart ġabar lil Piotrowski u tefgħu fil-makkinarju li jfarrak iż-żibel. Il-ġisem ta’ Piotrowski nstab meta l-ħaddiema battlu t-trakk mill-iskart.